L-attivista lokali Christa Cilia kitbet appell fuq Facebook wara li ġie rrappurtat nieqes dan il-kelb li hemm fir-ritratt.
“Għandi Bżonn l-għajnuna tagħkom. Dan il-kelb il-Ħadd bagħtuli li kien qiegħed l-Imqabba. It-Tnejn filgħodu kien il-Mosta… il-kelb jibża’ ħafna. Min qabdu sinjal li l-kelb kien jafu u jafdah. Jien rajtu lbieraħ l-Mosta xi 18:00.”
Christa titlob biex min rah jikkomunika magħha permezz ta’ Messenger jew WhatsApp u jibgħat location ta’ fejn ikunu rawh. In-numru huwa 7727 0610
” Irrid ngħinu għax ser jittajjar. Idea ta’ toroq m’għandux,” tagħlaq l-appell Christa.