L-attur Mario Micallef saħaq li verament għandna nkunu kburin bit-talent li għandna f’pajjiżna. Dan hekk kif minkejja l-limitazzjonijiet kollha, l-artisti Maltin qed jirnexxielhom itellgħu produzzjonijiet li jħabtuha sew ma’ oħrajn barranin.
“Tassew inħossni sodisfatt b’dan il-livell tassew għoli u professjonali,” stqarr Micallef li rajna l-ħiliet artistiċi tiegħu f’numru ta’ produzzjonijiet fosthom Fredu l-Fra, L-Ispettur, Dejjem Tiegħek Becky kif ukoll One Star Hotel.
Micallef jispjega kif ftit jiem ilu kellu l-opportunità li jsegwi spettaklu li ttella lokalment bl-isem Fiddler On The Roof u stqarr li din il-produzzjoni partikolari rrifflettiet b’mod ċar il-livell għoli li laħaq pajjiżna.
Intant, fil-messaġġ tiegħu Mario appella sabiex kulħadd jappoġja lit-talent lokali u jagħraf ikun iżjed kburi bih qed jintlaħqu livelli għoljin.
Prosit, Mario!
Sors: Facebook / Mario Micallef
Ritratti: MaltaToday u Illum