“Għandna Xorti Għandna Opinjonijiet Differenti, Ejja Ma' Nistennewx Li Naqblu F'kollox” – Oliver Sciculna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Sciculna qasam messaġġ importanti rigward l-opinjonijiet u kemm hi ħaġa sabiħa li għandna l-privileġġ ma naqblux ma xulxin.

Hu qal, “Jien bniedem li ġenwinament inħobb il-proxxmu tiegħi. Inħobb lil pajjiżi u l-poplu tiegħu, pero nħoss li għandna nitgħallmu niddibattu b’mod iżjed paċifiku, b’intenzjoni li naqsmu opinjoni mingħajr attakki personali.”

Żied, “Għandna xorti għandna opinjonijiet differenti, ejja ma’ nistennewx li naqblu f’kollox, ejja niddiskutu, ejja nirbħu argument b’mod responsabli u bi “buon sens”. Ejja meta ma’ nħossux li nistgħu niġġustifikaw argument nammettu li ma’ jreġix l-argument tagħna. Nemmen li kapaċi għax aħna poplu b’rieda tajba.”





Facebook/Oliver Scicluna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI