Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-artist Malti Gabriel Farrugia qasam aħbar mill-isbaħ mas-segwaċi tiegħu hekk kif kien l-artist prinċipali wara proġett li ser jingħata bħala rigal lil Papa.
Gabriel Farrugia huwa artist Malti li huwa l-moħħ wara tiara papali li qed tiġi proposta bħala rigal lill-Papa Leo XIV, l-ewwel Papa li ġej mill-Istati Uniti. Il-proġett qed jitmexxa minn organizzazzjoni msejħa Amici Vaticani, li nediet kampanja ta’ crowdfunding sabiex jinġabru donazzjonijiet minn Kattoliċi Amerikani biex tinħadem din it-tiara speċjali. Id-disinn jinkludi simboli kemm Kattoliċi kif ukoll Amerikani. L-inizjattiva għandha l-għan li tippreżenta din it-tiara lill-Papa bħala ġest ta’ għaqda u apprezzament mill-komunità Kattolika Amerikana.
Permezz ta’ kitba fuq Instagram Gabriel qal, “Inħossni umli u onorat li kont involut direttament f’dan il-proġett, bħala l-artist prinċipali wara din it-tiara.”
Prosit kbira!