“Ġenituri “Tajbin” Jirrabjaw U Taqbżilhom Mat-Tfal … Ġenituri “Tajbin” Kultant Taqbżilhom Kelma Ħażina Meta Jkunu Għajjiena” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ sabiħ li persważ li bosta ġenituri għandhom bżonn jisimgħu.

Beda billi qal, “Ommijiet u missirijiet “tajbin” għandhom tfal li jiksru dirgħajhom, li jibilgħu l-influwenza u li jgħajtu fis-supermarkets. Ġenituri “tajbin” jagħmlu l-iżbalji. Ġenituri “tajbin” għandhom ukoll tfal li jiżbaljaw, kultant bil-kbir. Ġenituri “tajbin” għandhom tfal li l-ħin kollu jridu joqgħodu jilgħabu bil-playstation u l-kompjuter. Ġenituri “tajbin” għandhom tfal li jagħtuhom il-kedet biex jistudjaw u biex imorru jilgħabu mat-tfal. Ġenituri “tajbin” kultant jgħaddu minn żmien iebes fir-relazzjoni/fir-relazzjonijiet tagħhom. Ġenituri “tajbin” jirrabjaw u taqbżilhom mat-tfal. Ġenituri “tajbin” kultant taqbżilhom kelma ħażina meta jkunu għajjiena.”

Kompla billi żied jgħid, “Ġenituri “tajbin” jippreparaw l-ikel tard, u kultant jinsew jixtru l-ħalib u l-ħobż għall-kolazzjon u jibku għal raġunijiet li l-oħrajn iqisu bla sens. Ġenituri “tajbin” ikollhom ġranet ħżiena, żminijiet iebsin, u ġimgħat diffiċli ħafna. Ġenituri “tajbin” kultant ma jkollhomx aptit ikomplu mat-tfal u jkollhom aptit joqgħodu waħedhom. U meta jħossuhom hekk mitlufa u għaddejin minn żmien diffiċli l-imħabba tagħtihom lura d-direzzjoni u l-iskop. Int omm tajba. Inti missier tajjeb! Qiegħed tagħmel l-aħjar li tista’! Prosit! Kuraġġ! Kun ġentili miegħek innifsek.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI