Ftit xhur wara li binha ta’ 13-il sena tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer, omm il-mibki AJ tistqarr li għadha sal-lum il-ġurnata ma tistax temmen li tilfet lil binha u ssostni li ma temminx li għad jasal mument fil-futur fejn tasal temmen li ġarrbet din it-telfa.
Intervistata għall-ewwel darba minn meta ħalla din id-dinja binha, fuq il-programm Kuxjenza li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fil-17:30 fuq TVM+, l-omm evidentament emozzjonata ssemmi li ssib il-wens meta tidħol fil-kamra tas-sodda ta’ binha.
“Ġieli nidħol fil-kamra tas-sodda tiegħi, nagħmel l-imħadda tiegħu miegħi u noqgħod inkellmu,” tisħaq Charlene, omm il-mibki AJ.
Sfortunatament, AJ Difesa Stoner ta’ 13-il sena ħalla din id-dinja fit-8 ta’ Novembru tas-sena l-oħra.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Aaron Difesa u Facebook / Puttinu Cares