Missier u iben iddeċiedew li fl-għodwa tal-Ħadd flimkien jagħmlu sfida fejn kellhom jimxu mill-Marsa saċ-Ċirkewwa; mixja li kien fiha kważi 30 kilometru u ħaditilhom madwar 6 sigħat u nofs.
F'filmat li l-missier tella' fuq il-pjattaforma ta' TikTok, flimkien ma' ibnu Gianni hu jidher qed jagħmel triqtu lejn iċ-Ċirkewwa billi qabel jgħaddi minn bosta lokalitajiet Maltin fosthom il-Ħamrun, il-Pietà, l-Imsida, il-Gżira, San Ġwann, il-Għargħur, in-Naxxar, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija kif ukoll il-Mellieħa.
F'xi mumenti matul l-isfida t-tifel jidher evidentament għajjien iżda bil-kuraġġ li jagħmillu missieru li kien maġenbu tul l-isfida kollha, iċ-ċkejken Gianni jidher mimli kuraġġ u determinazzjoni lest sabiex itemm l-isfida b'suċċess, kif fil-fatt għamel.
TikTok / Kyle Formosa