Il-paġna San Gwann Local Council qasmet ritratti meħudin waqt ħarġa li ġiet organizzata għall-anzjani. Kontinwament tinġibed l-attenzjoni biex l-anzjani jkunu aktar inklużi u jesperjenzaw memorji sbieħ fil-ħajja.
“Ħarġa oħra ta’ suċċess, ġewwa l-Mużew Patrimonju ta’ Taħt il-Baħar. Għal darb’oħra l-anzjani fil-qalba tal-komunita’ b’ħarġiet u attivitajiet ta’ kull xahar,” tikteb il-paġna.
Jidher li l-ħarġa li jmiss ser teħodhom ġewwa l-Malta Aquarium, u ser jiġi organizzat anke Coffee Morning għal Jum San Valentinu.
Huwa sabiħ li tara lill-anzjani wkoll igawdu l-ħajja!
Facebook/ San Gwann Local Council