“Għaliex Tgħajjat Magħhom? Għax Barranin?” – Opinjoni Personali Ta’ Victor Vella

L-attivist lokali Victor Vella qasam opinjoni personali tiegħu dwar il-mod kif il-Maltin jittrattaw lill-ħaddiema barranin.

Hu kiteb, “(Opinjoni personali ) Għaliex tgħajjat magħhom? Għax barranin? Din kienet is-sitwazzjoni għal xi ħin dalgħodu fi stabbiliment kummerċjali. Sitwazzjoni li dejqet lil diversi persuni li kienu fil-viċinanzi. Toilets nodfa. Jieħdu ħsiebhom ħaddiema barranin. Għal xi ħin mara, bdiet tgħajjat magħhom. Toilets pupilla. Għalfejn dan?”

Żied jgħid, “X’inhi din li hawn min irid jaħtaf u jgħajjat mal-barranin? Ma tapprezzax li qiegħda tagħti servizz? Ma tapprezzax li dħalt u sibt post mhux nadif imma nadif tazza. Għaliex ma tappezza dan l-impenn? Għaliex ma tappezzax ix-xogħol tagħhom fostna? Dawn ħaddiema bħalek. il-kruha tar-razziżmu u l-perċezzjonijiet…..”



Kompla, “U waqt li r-razziżmu u l-perċezzjonijiet jiżdiedu nibqgħu ma nagħmlu xejn. Nibqgħu siktin. U min suppost jitkellem, jagħżel li jitkellem fuq kollox barra l-kruha tar-razziżmu u l-preġudizzji u sakemm jibqa’ jsir hekk, dawn jibqgħu jgħollu rashom.”





Ritratti:

Facebook / Victor Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI