“Għalija L-Bankini Saru Xi Ħaġa Tal-Passat! Meta Ssir Triq, Għandha Ssir Kollha Tarmac, Imbagħad Issir Separazzjoni Bil-Barriers Jew Kurbaturi” – Glen Ciantar

Bankini fit-toroq

Glen Ciantar jiġbed l-attenzjoni dwar bidla fit-toroq tagħna, fejn jidħlu bankini, u li forsi llum il-ġurnata qed jinnota aktar.

Issa li hu missier, il-problema tal-bankini saret wisq ċara u jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar ġenituri bħalu li jridu jgħaddu bil-pram. Isemmi wkoll persuni li jużaw wheelchair, u anke dawk neqsin mid-dawl.

“Nemmen li tista’ ssir bidla. Għalija l-bankini saru xi ħaġa tal-passat! Meta ssir triq għandha ssir kollha tarmac, umbagħad issir separazzjoni bil-barriers jew kurbaturi li jisseparaw n-nies minn mal-vetturi. Anke tgħaddi minn quddiem garaxxijiet, tkun qisek fuq RollerCoaster!”

X’taħsbu dwar dan li ġibed l-attenzjoni dwaru Glen?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI