Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat qasmet sentimenti li ħasset meta marret iżżur il-qabar tal-mibki Monsinjur Victor Grech. Għandha rispett kbir lejh, u inzerta li l-qabar tiegħu qiegħed eżatt wara dak tal-għażiża ommha.
“Din il-ġimgħa mort inżur il-qabar ta’ Monsinjur Victor Grech u nirrealizza li l-qabar tal-għażiża ommi qiegħed eżattament warajh. Dak il-ħin bkejt u fraħt fl-istess ħin. Mons Grech għalija Qaddis…u ommi l-għażiża kienet tħobbu u tammirah ħafna.”
Qasmet anke ritratt taż-żewġ oqbra. Ċertament li mument emozzjonali għaliha, hekk kif huma żewġ persuni li tant ammirat f’ħajjitha.
Facebook/ Maria La Barokka Muscat