Dawn l-aħħar ġimgħat ċertament li kienu fost l-iktar impenjattivi għall-mużiċist David mill-grupp Lara & The Jukeboys.
Waqt li flimkien ma’ sħabu kien għaddej jipprepara u jaħdem bla waqfien għall-parteċipazzjoni tagħhom f’Mużika Mużika, hu u martu kienu qed iħejju għall-jum meta jgħidu s-signor si.
Il-grupp ta’ Lara & The Juke Boys xtaq jawgura lil David u martu Monique, waqt li qasam ritratt tagħhom ilkoll waqt it-tieġ.
“Iżżewġilna ż-żgħir! Biex tifmhu ftit, bejn l-arranġamenti u laqgħat kollha għal Mużika Mużika, David kien qed jipprova jorganiżża tieġ. Awguri u proset tal-festa li għamiltulna David u Monique!,” kitbu fuq il-paġna uffiċjali.
Awguri mill-qalb David u Monique!