“Għall-Ewwel Darba, Żewġ Studenti Tal-MCAST Gradwati Bħala Inġiniera, Ġew Premjati L-Warrant” – MCAST

Fuq il-paġna uffiċjali tal-MCAST, l-istituzzjoni kitbet dwar tragward important li jirrappreżenta pass ‘il quddiem fl-edukazzjoni. Bi kburija huma awguraw lill-inġiniera l-ġodda, li gradwaw mill-MCAST u issa qed jirċievu l-warrant tagħhom.

Kitbu, “Mument ta’ kburija għall-MCAST. Għall-ewwel darba, żewġ studenti tal-MCAST gradwati bħala Inġiniera, ġew premjati l-warrant tal-inġiniera wara ċerimonja uffiċjali organizzata mill-Board tal-Inġiniera.”

Żiedu jgħidu, “Dan it-tragward jirrifletti snin ta’ programm strutturat, evalwazzjoni esterna, u taħdit mal-professjoni, li jirrikonoxxu l-kontribuzzjoni tal-gradwati tal-MCAST fl-industrija, fir-riċerka, u fit-teknoloġija. Dan hu pass important għall-edukazzjoni tal-inġiniera f’Malta.”



Aħna f’isem Gwida, nawguraw mill-qalb lil dawn l-inġiniera l-ġodda. Ninsabu kburin immens bihom!





Ritratti:

Facebook / MCAST

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI