Ilbieraħ il-mużiċista, kantanta u attriċi Analise Mifsud u Mirko Galea qalu s-signor si f’ċelebrazzjoni mill-isbaħ. Ħafna jiftakru lil Analise mill-programm Min Imissu?!
Fuq il-Facebook tagħha, Analise kitbet kelmtejn mill-isbaħ. “Għamilniha!!!! Din il-ġurnata ħa tibqa' stampata fil-memorja tiegħi għal għomri kollu,” hi kitbet.
”Kemm ħadt pjaċir, kemm emozjonajt ruħi, u kemm fraħt. Għalija, ma setgħetx tkun ġurnata isbaħ milli kienet. Inħossni grata, kburija u mbierka li mdawra b'nies tant u tant għeżież!!! Grazzi, grazzi u ma nixbax ngħid grazzi. Ħafna u ħafna mħabba.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Analise u Mirko.
Facebook / Analise Mifsud / Mirko Galea