L-Iżvezja ddeċidiet li fl-iskejjel, għal tfal ta' taħt l-età ta' sitt snin se tkun qiegħda terġa' tiffoka fuq l-użu tal-pitazzi u l-kotba, u b'hekk ser tkun qiegħda tnaqqas l-attenzjoni fuq l-użu tat-teknoloġija diġitali.
Dan wara li l-għalliema osservaw li meta esposti għall-iskrins, it-tfal tilfu l-attenzjoni ferm iżjed malajr, filwaqt li minn perspettiva akkademika, ir-riżultat kien sostanzjalment inqas effettiv.
Fuq il-midja soċjali din id-deċiżjoni qanqlet dibattitu hekk kif din id-deċiżjoni tal-Iżvezja tikkuntradixxi bis-sħiħ il-perspettiva li t-teknoloġija diġitali tista' tgħin fl-edukazzjoni tat-tfal.
Intom x'taħsbu dwar dan?
Pexels