“Il-Papa Ma Jiflaħx Ħafna. Żommuna Fi Ħsibijietkom” – Davinia Hamilton B’Appell Għal Missierha Norman Li Jinsab Ma Jiflaħx Ħafna

F’messaġġ li mess il-qalb ta’ ħafna fuq il-midja soċjali, Davinia Hamilton, bint il-personalità magħrufa Maltija Norman Hamilton, infurmat lill-pubbliku li missierha bħalissa jinsab ma jiflaħx ħafna u għaddej minn mumenti diffiċli fuq livell ta’ saħħa.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram, Davinia qasmet din l-aħbar ma’ dawk kollha li matul is-snin segwew u ħabbu lil missierha, filwaqt li talbet lill-poplu Malti jżomm il-familja fi ħsiebijiethom f’dan iż-żmien diffiċli għall-familja tagħhom. Norman Hamilton jibqa’ wieħed mill-aktar ismijiet ikoniċi u rispettati fix-xena tat-televiżjoni, radju u divertiment f’Malta.

Aħna minn qalbna ngħaqdu mal-poplu Malti kollu u nibagħtu l-isbaħ xewqat ta’ fejqan mgħaġġel lil Norman, filwaqt li ngħaddu l-ikbar appoġġ u kuraġġ lil Davinia u l-familja Hamilton kollha f’dawn il-mumenti.

Kuraġġ Norman!

Ritratti:

Instagram/davinia_h

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI