“Għażiż Andy, Awguri Mill-Qalb F’Għeluq Sninek” – Il-Membru Parlamentari Robert Cutajar Lil Ibnu

Il-Membru Parlamentari Robert Cutajar kiteb messaġġ mill-isbaħ lil ibnu hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu.

“Għażiż Andy, awguri mill-qalb f’għeluq sninek!” hu kiteb. “Li narawk kuntent u miexi ‘l quddiem fil-karriera tiegħek huwa l-akbar rigal għalina, il-ġenituri tiegħek, u għal dawk kollha li jħobbuk. Kburin bik u b’dak kollu li qed tikseb.”

“J’Alla jkollok sena oħra mimlija suċċessi, ferħ u fuq kollox saħħa. Inħobbuk ħafna u dejjem se nkunu ħdejk u miegħek.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu f’dan il-jum speċjali.







Ritratti:

Facebook / Robert Cutajar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI