Minħabba tensjonijiet f’diversi pajjiżi li kkawżaw l-għeluq ta’ ħafna ajruporti, Emirates ħabbru li se jkunu qed jissosspendu l-operat tat-titjir tagħhom minn u lejn Dubai.
Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Emirates ħeġġet lill-klijenti biex jiċċekjaw is-sit emirates.com għall-aktar aġġornamenti qabel ma jmorru f’ajruport. Qalu li qed josservaw is-sitwazzjoni mill-qrib u li qed jikkoperaw mal-awtoritajiet relevanti.
Skużaw ruħhom mal-klijenti affetwati kif ukoll qalu li qed jgħinuhom biex jibbukkjaw mill-ġdid, jiġbru l-flus lura, jew dak li għandhom bżonn.