“Għażiż Juan, Bħal-Lum 5 Snin Meta Żammejtek Għall-Ewwel Darba… Għadni Nittama Li Xi Darba Nkun Nista’ Nerġa’ Ngħannqek” – Antoine Magri

Antoine Magri

F'din il-ġurnata Antoine u Solange Magri ma jistgħux ma jiftakrux f'binhom, anġlu fis-sema, Juan. Juan kien twieled propju bħal-lum, u bla dubju jibqa' avveniment li jfisser ħafna għalihom.

Antoine jikteb, "Ghaziz Juan, bhal llum 5 snin meta zammejtek ghal l-ewwel darba ghamiltni l-aktar bniedem ferhan fid-dinja. Hassejt ferh li ma kont hassejtu qadt qabel."

Solange ukoll qasmet il-ħsibijiet tagħha. "Inħoss in-nuqqas tiegħek aktar milli jistgħu qatt jesprimu l-kliem. M’hemmx ġurnata waħda li tgħaddi mingħajr ma naħseb fik. Kont nagħti kollox, assolutament kollox, biex nerġa’ nżommok f’dirgħajja darba oħra, nagħtik bewsa fuq wiċċek ċkejken, u ngħidlek kemm inħobbok. Jekk jogħġbok, kompli ħares fuqna, ibni l-għażiż."

Insellmu l-memorja ta' Juan. Ibqa' ħares fuq il-familja sabiħa tiegħek, anġlu ċkejken.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI