Fil-ħin ta’ nżul ix-xemx nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Awwissu 2026, fis-sema se jseħħ spettaklu astronomiku interessanti hekk kif tkun viżibbli ekklissi parzjali tax-xemx.
Matul dan il-fenomenu, madwar 12% tax-xemx se tkun mgħottija mill-qamar kif tidher minn Malta. Għalkemm mhux se tkun ekklissi kbira għal pajjiżna, xorta se tkun opportunità sabiħa għad-dilettanti tal-astronomija u għal kull min jixtieq josserva wieħed mill-aktar fenomeni naturali impressjonanti.
L-ekklissi se tkun totali f’partijiet oħra tad-dinja, b’mod partikolari fit-Tramuntana ta’ Spanja, fil-Punent tal-Iżlanda u fil-Lvant ta’ Greenland, fejn ix-xemx se tkun kompletament moħbija mill-qamar għal ftit minuti.
"Fit-2 t’Awwissu tal-2027, 97% tax-xemx mistennija li titgħatta għall-ħabta tal-11:17am, f’avveniment storiku għal pajjiżna," iżżid il-paġna.