Jidher lil Hector Bruno ddeċieda li jrawwem lin-neputi minn età vera żgħira li jsegwi u jħobb lil San Pawl. Hector tella’ ritratt minn żjara li għamillu n-neputi tiegħu Samuel Taylor u jgħid li l-iktar ħaġa importanti hi li jkellem “lil Panpaw”, b’referenza għall-istatwa ta’ San Pawl. Hu sabiħ immens li nrawmu lit-tfal tagħna fl-użanzi u tradizzjonijiet Maltin.
Għada pitgħada huma ħa jkunu qed iżommuhom ħajjin u nittamaw li bħal dak li għamlu ta’ qabilna, fejn għaddew dawn l-użanzi u drawwiet lilna, aħna ngħadduhom lilhom u huma jgħadduhom lill-ġenerazzjoni li jmiss. Dawn jagħmluna Maltin fl-aħħar mill-aħħar u b’hekk l-imħabba lejhom ikompli jkattar l-identità tagħna bħala poplu. Prosit Hector!
Facebook / Hector Bruno