Ġie Rrapurtat Li Għawwiem Ta' 42 Sena Tilef Ħajtu F'Kemmuna

Sfortunatament ftit sigħat ilu raġel ta’ 42 sena sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Kemmuna.

Times Of Malta rrapurataw li l-għawwiem kien qed jgħum viċin ta’ Santa Maria Caves għall-ħabta tat-3 p.m. L-ewwel għajnuna waslet minnufih mill-Emergency Rescue u ttieħed lejn l-Imġarr fejn saru aktar osservazzjonijiet dwar il-każ. Madanakollu r-raġel kien laħaq tilef ħajtu fuq il-post.

Aktar investigazzjonijiet qed isiru mill-pulizija. 

Noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha ta’ dan l-għawwiem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI