Il-paġna ta' Facebook Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu qasmet awgurju għal Patri Mark Montebello OP li ngħata rikonoxximent mill-isbaħ, wara l-ħidma kontinwa tiegħu.
"Nifirhu lil ħuna Patri Mark Montebello OP li l-bieraħ kien rikonoxxut b’Ġieħ il-Kottonera, b’rikonoxximent għall-ħidma li wettaq matul is-snin b’risq il-komunitajiet tal-Kottonera, partikolarment fil-qasam soċjali, edukattiv u umanitarju. P. Mark kien membru tal-Komunita' tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu, illum huwa Missjunarju Dumnikan ġewwa l-Peru."
Prosit tassew!