Naturalist Iwissi Dwar It-Telf Tal-Bijodiversità U L-Perikli Tal-iskart Għall-Annimali Selvaġġi

Arnold Sciberras

Arnold Sciberras jiġbed l-attenzjoni dwar il-bidliet fil-ħajja naturali Maltija wara żewġ osservazzjonijiet inkwetanti fl-Addolorata u fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar.

Il-naturalist u riċerkatur Malti Arnold Sciberras qajjem tħassib serju dwar l-istat tal-bijodiversità fil-Gżejjer Maltin, hekk kif permezz ta’ żewġ kitbiet fuq il-midja soċjali ġibed l-attenzjoni dwar il-preżenza dejjem tikber ta’ speċi introdotti, it-tnaqqis apparenti ta’ annimali indiġeni u l-konsegwenzi fatali li l-iskart mormi mill-bniedem jista’ jkollu fuq il-ħajja selvaġġa.

Sciberras, li ilu għal diversi snin jistudja u jiddokumenta l-fawna u l-flora tal-Gżejjer Maltin, esprima d-diżappunt tiegħu wara żjara f’żona qrib iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fejn osserva bidliet sostanzjali fl-ambjent naturali li ilu familjari miegħu għal għexieren ta’ snin.

F’kitba bit-titlu provokattiv “Malta – The Alien Island?”, huwa staqsa jekk il-gżejjer tagħna humiex gradwalment jitilfu l-karattru ekoloġiku tagħhom, hekk kif speċi introdotti u annimali assoċjati mal-attività tal-bniedem qed jokkupaw spazji li qabel kienu jospitaw varjetà ferm akbar ta’ ħlejjaq indiġeni.

“Fejn marru l-insetti u l-gremxul?”

Waħda mill-mistoqsijiet ewlenin li qajjem il-naturalist kienet dwar x’sar mill-ħlejjaq li qabel kienu komuni f’din iż-żona.

Sciberras irrimarka li l-uniku għasafar indiġeni li osserva waqt iż-żjara kienu l-għasafar tal-bejt u l-gamiem tal-kullar (Streptopelia decaocto).

Huwa esprima tħassib li żoni li darba kienu jsostnu komunitajiet naturali diversi jistgħu gradwalment jinbidlu f’ambjenti ddominati minn numru limitat ta’ speċi li jibbenefikaw mill-preżenza tal-bniedem.

Il-naturalist wissa li l-għalf kontinwu ta’ annimali li jiġġerrew liberament jista’ jżomm popolazzjonijiet f’numri ogħla minn dawk li l-ambjent ikun kapaċi jsostni b’mod naturali.

Fl-istess waqt, huwa enfasizza li mhux kull speċi introdotta hija neċessarjament invażiva jew ta’ ħsara, iżda l-effetti kumulattivi ta’ diversi speċi, flimkien mat-telf tal-ħabitats u l-urbanizzazzjoni, jistgħu joħolqu pressjoni konsiderevoli fuq il-bijodiversità lokali.

Ritratt:

Facebook/ Arnold Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI