Il-famużi imqaret, parti mit-tradizzjoni ta' pajjiżna li hemm storja warajha li tmur anke lil hinn minna. Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qasmet xi fatti interessanti dewar l-imqaret.
- Għandhom rabtiet mal-kċina Għarbija u tal-Afrika ta’ Fuq.
- Ħlewwiet simili jinstabu f’pajjiżi bħat-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk.
- L-isem tagħhom għandu rabta mal-kelma Għarbija 'maqara'.
- Il-mili tradizzjonali tagħhom huwa t-tamal.
- L-għaġina timtela b’taħlita ħelwa tat-tamal, u spiss iżidu ħwawar li jagħtu t-togħma karatteristika tagħhom.
- Huma parti mill-kultura tal-ikel Malti.
- Għadhom marbuta mal-festi u mal-bejjiegħa tal-ikel fit-toroq.
Kont taf dwar dawn? Tħobbhom l-imqaret?