Il-persuna lokali Joey Digby qasam kelmtejn personali mas-segwaċi tiegħu, bit-tama li jgħin lil xi ħadd jikseb dak il-kuraġġ li kellu bżonn.
Hu beda billi qal, "Jien persuna bħall-oħrajn, nikkumbatti d-dimonji tiegħi kuljum. Ġieli jkolli falliment imma nipprova dejjem nerġa' naqbad it-triq it-tajba. Ħajti ma kinitx faċli, abbuż sesswalment fi tfuliti, daqqiet ta' skieken biex naqbeż għan-nies. Imma dejjem nipprova nqum fuq saqajja fi żminijiet diffiċli."
Żied jgħid, "Inħossni drajt li dejjem irrid inqum u nerġa' nipprova."
Din il-kitba ta' Joey Digby tfakkarna li minkejja li l-ħajja tista' tkun kemmxejn kiefra, qatt m'għandna naqtgħu qalbna iżda għandna dejjem inqumu u nerġgħu nippruvaw. Nirringrazzjawh talli fetaħ qalbu fuq il-paġna tiegħu.
Facebook / Joey Digby