“Hawn Min Tassew Jaħseb Li M’Għandniex Bżonn Ix-Xita?” – Aġġornament Tat-Temp

Il-persuna wara l-paġna 'Aġġornament tat-Temp' esprima kelmtejn fuq din il-paġna biex jispjega kif baqa' xxukkjat b'xi kummenti li qara.

Hu kiteb, "L-aħwa… Rajt u flejt il-kummenti tal-bieraħ u bqajt meraviljat b’ċerti kummenti li qrajt! Hawn min tassew jaħseb li m’għandniex bżonn ix-xita? Għax nixtiequ li tagħmel ix-xita, ifisser li m’għandniex qalb għal dawk li jaħdmu barra? 'Xita qalila'… Għax għamlet 7 mm xita f’Għawdex? L-intensità tax-xita ma tiddependix biss mill-ammont totali li jinżel, iżda wkoll mill-ħin li fih tinżel. Kollox se jaqbiżna? Għandna nifhmu li mhux kull lokalità tirċievi l-istess ammont ta’ xita."

Żied jgħid, "Nifhem li kulħadd għandu l-preferenzi tiegħu fejn jidħol it-temp. Hemm min iħobb ix-xita u hemm min jippreferi x-xemx. Wieħed jifhem ukoll id-diffikultajiet li jiffaċċjaw dawk li jaħdmu barra, iżda ma nistgħux ninjoraw kemm ix-xita hija essenzjali għal pajjiżna."

Importanti niftakru li x-xita hi essenzjali għall-ħajja, u mingħajr xita ħafna pjanti u annimali jistgħu jitilfu ħajjithom!

Aħna t-temp nippruvaw inbassruh, mhux nikkmandawh! 🌦️ Però nixtieq nuri ftit sens ta' Responsabbiltà... Għandna bżonn ix xita.

Ritratt:

Facebook / Aġġornament tat-Temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI