Kif tafu, dalgħodu kellna ħalbiet ta’ xita, u jidher li s-sitwazzjoni tal-baħar mhix daqstant tajba. Skont is-sit uffiċjali tal-uffiċċju Meteoroloġiku, il-baħar jinsab qawwi ħafna.
“Minħabba l-maltemp, il-vapuri qed jaħdmu permezz tar-rotta ta’ Kemmuna u għaldaqstant huwa mistenni dewmien fit-traġitti.”
L-istess sit tal-uffiċċju Meteoroloġiku fl-aġġornament dwar il-baħar kif se jkun għada jikteb, “Qawwi, lokalment qawwi ħafna għall-ewwel, li jsir lokalment moderat aktar tard.”
Segwi l-paġna Gozo Channel Operations Limited għal aktar aġġornamenti.