“Grazzi Ħafna Ta’ Kollox” – Bjorn Formosa Lil Waħda Mill-Akbar Appoġġ Lejn Il-Missjoni Tiegħu

Bjorn lil ommu

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Bjorn Formosa kiteb messaġġ għall-għażiża ommu, li anke sentejn ilu ngħata premju mingħand DAR Bjorn bl-isem Employee of the Month. Dan hekk kif hi taħdem matul is-sena kollha għall-ġid ta’ binha Bjorn u għall-ġid tar-residenti f’DAR Bjorn. 

Bjorn jikteb, “Ommok, tibqa’ dejjem ommok! Grazzi ta’ kollox Ma!” Xerred anke ritratt flimkien magħha, fejn qed iżżomm bukkett fjuri mill-isbaħ, fl-okkażjoni ta’ Jum L-Omm.

Kemm-il darba jiddedika messaġġi ta’ ringrazzjament u gratitudni lejn ommu, li tant tirsisti għal DAR Bjorn. Nawgurawlha mill-qalb f’Jum l-Omm!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI