“Grazzi Ma, Ta’ Kull Darba Li Kont Hemm U Tajtni S-Sapport Tiegħek.” – L-MP Roderick Galdes 

F’jum għeluq sninha, il-Membru Parlamentari Roderick Galdes jikteb messaġġ lill-għażiża ommu filwaqt li jaqsam ritratt magħha sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż u jieħu ċ-ċans sabiex jirringrazzja wkoll ta’ dak kollu li tagħmel miegħu.

Hu jikteb, “Grazzi Ma, ta’ kull darba li kont hemm u tajtni s-sapport tiegħek. Fil-mumenti ta’ ferħ, ta’ dieqa u ta’ mħabba, dejjem kont hemm għalina. Nawguralek minn qalbi f’għeluq sninek, saħħa, ferħ u ħafna mħabba, għax tassew jistħoqqlok l-isbaħ affarijiet fil-ħajja. “

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli saħħa, għożża u mħabba. Nawgurawlha wkoll sena mimlija ferħ u saħħa. Awguri.







Ritratti:

Facebook / Roderick Galdes

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI