“Emmnu U Irnexxu” – Joanna Camilleri B’Messaġġ Pożittiv Għall-Istudenti Tagħha

Joanna Camilleri

Il-preżentatriċi Joanna Camilleri esprimiet il-kburija tagħha għas-suċċessi miksuba mill-istudenti tagħha fil-basketball, hekk kif kitbet fuq il-midja soċjali: "Dejjem kburija bl-istudenti tiegħi. Emmnu u irnexxu."

Dan wara wirjiet impressjonanti mit-timijiet nazzjonali Maltin ta' taħt it-18-il sena fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA Division C, li saru fl-Albanija u fil-Kosovo.

It-tim nazzjonali tan-nisa ta' taħt it-18-il sena rebaħ il-midalja tad-deheb, b'menzjoni speċjali għall-istudenti tal-Year 11 tal-NSS Basketball, Samira Deguara, Eve Axisa, Lara Micallef, Kirstie Sammut u Adria Xuereb, li kisbu t-tieni midalja tad-deheb tagħhom dan is-sajf.

It-tim tal-irġiel temm il-kompetizzjoni fir-raba' post, filwaqt li l-eks student tal-NSS Kai Fabri ġie magħżul fl-All Star 5, flimkien mal-parteċipazzjoni tal-eks studenti Kyle Galea u Zac Said Hollier.

Dan hu messaġġ li jgħodd għal kull min qed jaħdem u jirsisti għal xi passjoni jew talent.

Ritratti:

Facebook/ Joanna Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI