Illum jaħbat għeluq snin il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni u kitbet kelmtejn għall-okkażjoni fejn turi l-gratitudni tagħha lejn dan il-jum tant prezzjuż. Hi tikteb, “Illum hija ġurnata speċjali għalija – Jum għeluq snini! Grazzi Mulej talli sliftni 48 sena.”
Katya tkompli, “Nista’ ngħid li għaddew bħal leħħa ta’ berqa. F’għeluq sninna nieħdu l-opportunità li nħarsu lura u naraw kemm għaddejna minn affarijiet. Kien hemm tlajja’ u nżul, sfidi żgħar u sfidi kbar imma wara dawn l-sfidi kollha għadni hawn.”
Tirringrazzja lill-familja tagħha tal-appoġġ kontinwu fosthom żewġha Kenneth, lil binha Izak u lill-ġenituri. Tirringrazzja lill-helpers kollha li dejjem issibhom warajha, kif ukoll lil kulħadd tas-sapport kontinwu.
Awguri minn qalbna Katya!