"Grazzi Ta' Mħabbtek U L-Ferħ Li Ġġorr Miegħek" – Rodney Gauci Lill-Maħbuba Tiegħu

L-attur Rodney Gauci illum qed jiċċelebra għeluq snin it-tfajla tiegħu Alexia. Għal dan il-jum speċjali, Rodney kiteb jawguralha, “Ibqa’ dejjem wiċċek għad-dawl! Grazzi ta’ imħabbtek u l-ferħ li ġġor miegħek kullimkien. Inħobbok”. 





Fl-2017, Rodney kien għamel wieħed mill-uniċi proponimenti li qatt saru f’Malta. Dak iż-żmien Alexia kienet taħdem bhala cameraperson u Rodney kien qalilha biex tiġi f’Delimara ħalli tiġbed servizz għall-programm ‘Skjetti’. Hekk kif kienet fuq il-powerstation li issa m’għadhiex teżisti, Rodney idendel nota kbira mill-powerstation bil-kliem “Will you marry me”.

Rodney minn ħamsin sular ‘il fuq kien staqsieha l-famuża mistoqsija u Alexia kienet sorpriża mhux ftit! Hi kienet mingħaliha li ser idendlu bandiera. Alexia kienet laqgħet il-proponiment u aċċettat. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI