L-awtriċi Doris Chetcuti qed tiċċelebra jum tassew speċjali flimkien ma’ żewġha Mario, hekk kif proprju f’għeluq sninu qed ifakkru wkoll il-50 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Permezz ta’ kitba mill-qalb fuq il-midja soċjali, Doris awgurat lil żewġha f’dan il-jum importanti, filwaqt li ħarset lura lejn nofs seklu ta’ ħajja flimkien.
"Illum huwa tragward speċjali ħafna… Awguri f’għeluq sninek Mario, u ejja niċċelebraw nofs seklu ta’ perseveranza, impenn u ferħ li qsamna flimkien. Grazzi tal-isbaħ snin ta’ ħajti," kitbet Doris.
Ħamsin sena ta’ żwieġ bla dubju jirrappreżentaw vjaġġ mimli memorji, esperjenzi u mumenti li sawru ħajja sħiħa flimkien. Minn Gwida.mt nawguraw lil Mario l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nifirħu lilu u lil Doris għal dan it-tragward mill-isbaħ ta’ 50 sena miżżewġin. Nawgurawlhom aktar snin sbieħ flimkien!
Facebook / Doris Chetcuti