Taryn Mamo Cefai ħabbret li se tkun qed tieqaf minn Bay Breakfast, u b’hekk tagħlaq kapitlu importanti li dam għaddej għal tmien snin. "It-tmiem ta' era... għalissa," kitbet Taryn hekk kif qasmet l-aħbar mas-segwaċi tagħha.
Dan kien vjaġġ li matul is-snin qasmet primarjament ma’ Jamie Cardona, li rringrazzjatu permezz ta’ filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali. Flimkien, it-tnejn saru preżenza familjari għal dawk kollha li ta’ kuljum kienu jibdew il-ġurnata tagħhom jisimgħu Bay Breakfast.
Tul dawn l-aħħar tmien snin, eluf ta’ semmiegħa qamu għall-vuċi ta’ Taryn, u żgur li ħafna se jkunu qed iħossu n-nuqqas tagħha filgħodu. Għal Taryn, iżda, dan jidher li mhux tmiem iżda l-bidu ta’ kapitlu ġdid. Minn Gwida.mt nawgurawlha kull suċċess għall-vjaġġ li jmiss f’ħajjitha. Ħerqana biex naraw x’se jkun!
Facebook / Taryn Mamo Cefai