L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Simon Busuttil, qasam aħbar ta' niket kbir fuq il-midja soċjali hekk kif ħabbar il-mewt ta’ missieru, Frank Busuttil, li ħalla din id-dinja proprju f’jum il-festa ta’ Santa Marija.
F’messaġġ mimli mħabba, Dr Busuttil spjega kif il-familja kollha nġabret madwar missierhom fl-aħħar mumenti tiegħu mhux biss biex issellimlu, iżda biex tirringrazzjah tal-valuri, id-diċenza u l-gwida morali li dejjem għallimhom. Huwa ddeskriva lil missieru bħala pilastru ta' appoġġ u eżempju ħaj ta' mħabba bla kundizzjoni lejn ommhom u lejn il-familja kollha. Dr Busuttil esprima wkoll ringrazzjament profond lit-tobba u l-infermiera tas-sala M11 fl-Isptar Mater Dei għall-kura u l-kompassjoni kbira li wrew miegħu.
Aħna ngħaddu l-kondoljanzi mill-aktar sinċieri lil Dr Simon Busuttil u lill-familja Busuttil kollha f’dan il-mument diffiċli ta’ telfa.
Jistrieħ fis-sliem.
Facebook/Simon Busuttil