“Grazzi Talli Biddiltli Ħajti Ta’ Taħt Fuq, Grazzi Ta’ Kemm Insibek Warajja F’Kollox…”- Gaetano lil Kurt Cordina

Illum, Gaetano u Kurt qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom u Gaetano jiddedika messaġġ tassew ħelu taħt l-ewwel ritratt tagħhom bħala koppja fuq il-pjattaforma ta’ Facebook.

“ L-ewwel ritratt tagħna. Grazzi talli bdiltli ħajti ta’ taħt fuq. Grazzi ta’ kemm insibek warajja f’kollox u lest li ttini s-support kollu tiegħek. Grazzi ta’ kull ħaġa li tagħmel miegħi u ma’ familti. Grazzi ta’ kemm il-te tagħmilli matul il-ġurnata. Grazzi talli dejjem sibtek biex tiddefendini imma l-akbar grazzi hi li nista’ nkun il-vera jien miegħek bit-tajjeb u l-ħażin tiegħi kollu.

Inħobbok! Għal aktar snin flimkien qalbi, iġri tasal dik il-ġurnata li ngħidu I do. Inħobbok Ċirimellu.”

Awguri lil din il-koppja tassew ħelwa u nawgurawlhom għal futur ġejjieni mill-isbaħ.





Facebook / Gaetano Gaetano, Kurt Cordina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI