Id-DJ popolari lokali, DJ Armani llum qed jiċċelebra għeluq sninu u ibnu Denzel, DJ li qed jipprometti ħafna, ħallielu messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali. Illum Joseph Armani għalaq 41 sena, hu twieled proprju fis-26 ta’ Jannar tal-1980.
Denzel kitiblu, “Illum hija l-ġurnata speċjali għall-missier mill-aqwa tiegħi Joseph Armani. Grazzi talli dejjem kont hemm għalija u għal dak kollu li għamilt għalija. Inħobbok ħafna u ma nistax nimmaġina x’nagħmel mingħajrek.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nixtiequ nawguraw lil DJ Armani l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu sena mimlija suċċessi, saħħa u dak kollu li tixtieq qalbu! Awguri!
Facebook / Denzel Jo Armani