“Grazzi Talli Kont Il-Blata Tiegħi Meta Ħassejtni Qed Niġġarraf” – Marlene Attard B’Messaġġ Mimli Emozzjoni Lil Nancy

Marlene Attard qasmet messaġġ emozzjonanti ddedikat lill-ħabiba tagħha Nancy, hekk kif faħħritha għall-imħabba, il-lealtà u s-sapport li wrietha matul wieħed mill-aktar perjodi diffiċli ta’ ħajjitha.

Fil-messaġġ tagħha, Marlene ddeskriviet lil Nancy bħala “mara b’qalb tad-deheb”, persuna li tħobb mingħajr interess u li tibqa’ ħdejn dawk li tħobb kemm fil-ferħ kif ukoll fid-dwejjaq. Irringrazzjatha talli kienet il-“blata” tagħha meta ħasset li kienet qed tiġġarraf u talli qatt ma qatgħet qalbha minnha.

Hija rrakkontat kif Nancy ma kinitx hemm biss għaliha, iżda wkoll għal uliedha, li jħobbuha qisu t-tieni omm tagħhom. Marlene fakkret fil-mumenti sbieħ u dawk ta’ niket li għaddew minnhom flimkien, iżda sostniet, li l-aħħar xahrejn kienu prova ċara ta’ kemm hi kbira l-imħabba ta’ Nancy lejha.

Matul iż-żmien li kienet l-isptar, Nancy baqgħet dejjem qribha u organizzat diversi sorpriżi biex ittellgħalha l-moral. Fosthom kien hemm żjara mill-Prim Ministru Robert Abela, is-sushi favorit tagħha, laqgħa ma’ Ricky u, wara li ħarġet mill-isptar, kellha żjara speċjali mill-mara tal-Prim Ministru, Lydia Abela.

Fl-aħħar tal-messaġġ, Marlene qalet li Nancy hija rigal f’ħajjitha u li se tibqa’ żżommha f’qalbha għal dejjem, filwaqt li temmet il-messaġġ b’ringrazzjament sinċier: “Grazzi talli int int. Inħobbok, l-akbar ħabiba.”

Ritratti:

Facebook/Marlene Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI