Solange Magri qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif illum, 4 ta’ Awwissu, tfakkar ħames snin minn meta tilfet lil binha, Juan. Fl-istess ħin, din kienet ukoll il-ġurnata li fiha ċ-ċkejken kellu jagħlaq ħames snin.
Fil-kitba tagħha, Solange stqarret li kull erbgħa tax-xahar huwa diffiċli għaliha, iżda din id-data ġġib magħha uġigħ akbar għax tfakkarha fil-futur li qatt ma setgħet tara lil binha jgħix. Hija qalet, li ħafna drabi taħseb kif kien ikun jidher illum, kif kienet tkun id-daħka tiegħu u x’tip ta’ tifel kien jikber biex isir.
L-omm esprimiet, li ma jgħaddix jum mingħajr ma taħseb fih u sostniet, li tagħti kollox biex terġa’ tgħannqu darba oħra, tbusu u tgħidlu kemm tħobbu.
Fil-messaġġ tagħha talbet ukoll lil Juan biex jibqa’ jħares minn fuq lill-familja tiegħu, b’mod partikolari lil oħtu l-kbira Hazel u lil oħtu ċ-ċkejkna Kate, li ddeskrivietu bħala l-“anġlu kustodju” tagħhom.
"Int maħbub aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem, nieqes aktar milli jistgħu jiddeskrivu l-kliem, u mġorr f’qalbi kull sekonda ta’ kull jum", temmet Solange il-kitba tagħha. Apparti minn hekk, awguratlu “Happy 5th Birthday in Heaven”.
Facebook/Solange Magri