Il-Membru Parlamentari John Grech, ilbieraħ, qasam messaġġ mimli mħabba u apprezzament lill-maħbuba tiegħu Vanessa fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Fuq il-midja soċjali, Grech awguralha jum mill-isbaħ filwaqt li rringrazzjaha tal-imħabba, is-sapport u ta’ kull pass li tagħmel miegħu fil-vjaġġ tagħhom flimkien.
"Jum speċjali… jum twelidek. Awguri, sabiħa tiegħi. Inħobbok ħafna. Grazzi ta’ kulma tagħmel miegħi, Vanessa, tal-imħabba li tagħtini, u ta’ kull pass li tieħu miegħi," kiteb John Grech. Il-messaġġ tiegħu ġibed diversi kummenti ta’ awguri mingħand dawk li ngħaqdu miegħu biex jawguraw lil Vanessa għeluq snin mill-isbaħ.
F'isem it-tim ta' Gwida, nittamaw li kellha jum mimli b'dak kollu litixtieq u sena mimlja esperjenzi ġodda.
Facebook / John Grech