Ilbieraħ fuq il-paġna Miss Malta ġie miktub messaġġ mill-qalb għad-direttur tal-kumpanija lokali, Kersten Borġ. Kersten, li jaħdem bla waqfien biex jappoġġjaw u jagħti opportunitajiet sbieħ lil tant mudelli.
It-tim jesprimi ammirazzjoni għall-viżjoni, għad-dedikazzjoni u għall-qalb wara l-organizzazzjoni ta’ Miss Malta.
“Prosit lill-Direttur u s-Sid ta’ Miss Malta għal għeluq sninu – mexxej li jmexxi bl-eżempju, b’dixxiplina u b’imħabba vera lejn kull kontestant u lejn il-missjoni tagħna. Grazzi talli kontinwament tgħolli l-livell, toħloq opportunitajiet u tibni familja, mhux biss kompetizzjoni.”
It-tim ikompli billi jfaħħar il-passjoni li qed tpoġġi lil Miss Malta dejjem ‘il quddiem, u jagħmilha “vjaġġ t’a tkabbir u suċċess.”
Jagħlqu l-messaġġ bil-kliem, “Nawguralek sena mimlija saħħa, paċi, suċċessi akbar u ħolm li jkompli jsir realtà. Awguri, Direttur tagħna!”
Awguri mill-qalb Kersten!