“Grazzi Talli Salvajtli Ħajti” – Heinrich Camilleri Jirċievi Ringrazzjament Speċjali F’Għeluq Sninu

Heinrich Camilleri

Illum jiċċelebra għeluq sninu Heinrich Camilleri! Nafuh bħala attur, fost l-oħrajn f’Missjoni, Qegħdin Sew, La Farfalla, Dellijiet, Maskra, Żafira, u ovvjament Deċeduti, bil-karattru ta’ Tyron.

Apparti minn hekk hu jħaddan bi professjonalitá u b’dedikazzjoni, l-irwol tiegħu fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili. Min jaf hu u sħabu kemm isalvaw ħajjiet u jkunu fil-ħin f’mumenti kritiċi. Fuq kollox, Heinrich u sħabu huma persuni li kontinwament jissugraw ħajjithom.

F’jum għeluq sninu Heinrich irċieva diversi xewqat sbieħ, li juru r-rispett u l-imħabba li bosta għandhom lejn, u dawk li tant spikka kienu messaġġi mingħand persuni li Heinrich kien salva. Kurt Mock fost l-oħrajn kitiblu fuq Facebook, “Happy Birthday. Grazzi talli salvajtli ħajti.”

Awguri minn qalbna għażiż u nixtiequ ngħidulek ukoll Prosit u Grazzi tal-ħidma prezzjuża tiegħek! Napprezzaw immens lilek u lil sħabek fil-Protezzjoni Ċivili!







Ritratti:

Facebook/ Heinrich Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI