“Illum Għeluq Sninek, Pa… Ma Tgħaddix Ġurnata Li Ma Nħossx In-Nuqqas Tiegħek” – Gillian Attard

L-għalliema tal-mużika Gillian Attard fakkret fuq il-midja soċjali l-memorja ta’ missierha hekk kif kieku llum għadu fostna kien ikun qed jiċċelebra għeluq sninu.

Hi stqarret li mindu ħalla din id-dinja missierha m’għadditx ġurnata li fiha ma ħassitx in-nuqqas tiegħu. Sostniet li jum wara l-ieħor taspira li tagħmlu kburi.

Tenniet li madankollu llum qed tagħżel li tiċċelebra l-imħabba u s-saħħa li missierha dejjem għallimha matul ħajtu.

“Naf li għadek tigwidani minn hemm fuq, pa,” temmet tikteb l-għalliema tal-mużika.



Jistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI