Grupp Ta’ Kantanti Maltin Għal Fuq Il-Mediaset

Gżira żgħira, b’talent kbir. Meta l-Maltin imorru barra minn xtutna, jxejru l-bandiera Maltija tista’ tgħid dejjem jaqtgħu figura tajba. Tmien kantanti Maltin kellhom iċ-ċans li jieħdu sehem ġol-festival Je So Pazzo ġewwa Fiuggi l-Italja.

Ritratti: Michela Caruana / Marija Djinovic / Hayley Farrugia

Il-kantanti deheru quddiem ġurija ta’ ċertu kalibru fl-industrija Taljana fosthom il-għalliem tal-vuċi tal-programm Amici - Fabrizio Palma u l-maniġer tal-grupp Il Volo - Michele Torpedine fost ismijiet oħra bħal Diego Conti u Adriano Pennino.

Ritratti: Shanezia Spiteri / Dean Pace / Patricia Utulu

Din il-kompetizzjoni bdiet b’aktar minn 600 kantant u tmien Maltin waslu għall-ewwel fażi tal-finali. Dawn kienu Hailey Farrugia, Shaznay Mangion, Michela Caruana, Dean Pace, Patricia Utulu, Shanezia Spiteri Marija Djinovic u Gaia Gambumzza. Minn dawn, tlieta għaddew għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni.

Ritratti: Shaznay Mangion / Gaia Gambuzza

Shanezia Spiteri, Marija Djinovic u Gaia Gambuzza ikkompetew biex jaslu sal-aħħar fażi. Gaia Gambuzza waslet sal-Finalissima u kisbet ukoll it-tielet post fil-kategorija tagħha. Il-kantanti ġew magħżula għal dan il-festival minn festival organizzat minn Ally-El Entertainment.

Ritratti: Eliana Gomez Blanco / Nicole Hammett

Barra it-tmien Maltin jikkompetu, żewġ Maltin oħra, Nicole Hammett u Eliana Gomez Blanco kienu mistiedna speċjali ta’ dan il-festival. Ċertament li kienet opportunità tad-deheb għall-kantanti Maltin u nieħdu gost nisimgħu li ħallew il-marka tagħhom u qatgħu figura tajba mmens.

Je So Pazzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI