Janvil huwa bla dubju artist sinonimu mal-Malta Eurovision wara seba’ sottomissjonijiet li waslulu sas-serata finali. L-ewwel parteċipazzjoni tiegħu bla dubju tibqa’ fost l-iktar imsemmija, bil-kanzunetta You, li waslitu fit-tielet post.
Apparti minn hekk, Janvil kien parti mill-Malta Song for Europe bħala preżentatur, meta lura fl-2007 hu kien preżenta s-serati flimkien ma’ Stephanie Spiteri.
“Finalist fil-MESC seba’ darbiet u preżentatur fl-2007. Kull sena, lejlet is-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest, ħafna memorji u emozzjonijiet jitfaċċaw.”
Janvil ikompli, “Jien tant grat għall-vjaġġ tiegħi, li kien iċ-ċavetta għall-karriera tiegħi fil-kant, grazzi lil Augusto Cardinali u Giovann Attard talli fdaw fija fil-bidu nett. Jiena grata għan-nies u l-ħbieb li ħdimt magħhom, u dawk li ltqajt magħhom.”
Huwa jawgura lill-kantanti u lit-timijiet kollha tagħhom għall-esperjenza tal-Malta Eurovision 2026 li ser jibda llejla. Awguri għal aktar suċċessi Janvil!
Facebook/ Ian J Vella