Id-diskors fuq fomm kulħadd għal-lum kien bla dubju ta’ xejn il-maltempata li laqtet lil pajjiżna fejn għamlet ammont ta’ ħsarat madwar irħula diversi. Madanakollu, maltempata fix-xahar ta’ Jannar, għalkemm mhux komuni, mhix ħaġa ġdida. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The National Archives of Malta tkellmu dwar dan fejn qasmu wkoll sett ta’ ritratti tal-ħerba li kienu ħallew warajhom il-maltempati preċedenti.
Huma qalu, “Harry mhix l-ewwel maltempata li laqtet lil Malta matul Jannar. Fittixna fid-dokumenti tagħna u sibna 2 maltempati oħra li laqtuna matul Jannar f’dawn l-aħħar 50 sena: fis-16 ta’ Jannar 1978 u fis-17 ta’ Jannar 1985.”
Hawn min jiftakarhom?