MSPCA laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Roly, kelb li fl-aħħar ser jibda l-isbaħ kapitlu ta’ ħajtu li kull kelb ħaqqu li jibda. Dan hekk kif fl-aħħar sab id-dar u l-imħabba li verament jixirqulu.
MSPCA qalu, “Ilu jistenna biżżejjed, u issa fl-aħħar wasal ħinu! Roly tagħna, kelb ħelu immens, sab dar mill-isbaħ għal dejjem ma’ żewġ nisa ħelwin li se jħobbuh u jfissduh! Ħarsu ftit lejn dik it-tbissima! Nawgurawlek bidu ġdid mill-isbaħ, Roly! Jixraqlek il-ferħ kollu tad-dinja!”
Kuntenti għalih u nittamaw li aktar klieb isibu xortihom bħalu!