“Hawn Minn Sal-Lum Għadu Jemmen Li L-Amerikani Mhux Veru Llandjaw Fuq Il-Qamar” – Evarist Bartolo

Bħal-lum 56 sena l-astronawti Amerikani llandjaw għall-ewwel darba fuq il-qamar. Sal-lum il-ġurnata għad fadal teoriji li din mhux vera ġrat, u permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Evarist Bartolo kiteb kelmtejn rigward din il-ġrajja.

Hu qal, “Bħal-lum 56 sena ilu, fl-20 ta’ Lulju 1969, l-astronawti Amerikani llandjaw b’Apollo 11 fuq il-qamar. Niftakarni dakinhar inkun l-Armier u mort ngħid lill-grupp ta’ sajjieda dilettanti li l-Amerikani niżlu fuq il-qamar. Tgħidx kemm iddieħku bija.”

Żied jgħid, “Wieħed qalli: “Basta tmur l-iskola! Kemm int ħmar. Dak film. Ma tafx id-differenza bejn film u storja ta’ veru?” Hawn minn sal-lum għadu jemmen li l-Amerikani mhux veru llandjaw fuq il-qamar.”

X’taħsbu intom?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI