“Hawn Jien Ħames Staġuni Wara… Tassew Grat Li Għandi Familja Daqshekk Estiża Fil-Mużika” – Howard Keith Debono Dwar X Factor Malta

Howard Keith Debono

Illejla ser inkunu qed insegwu l-aħħar live show ta’ X Factor Malta: Back To Win qabel ngħaddu għas-semifinali u l-finali. Howard Keith Debono qasam messaġġ dwar dan l-istaġun, li huwa l-ħames wieħed għalih.

“Kollox jispiċċa u onestament ilni ngħid li din hija l-aħħar edizzjoni tiegħi minn tmiem l-ewwel staġun fl-2019, u madankollu, hawn jien 5 staġuni wara.”

Howard jikteb li l-għan tiegħu dejjem kien l-iktar li jiskopri talenti uniċi u li jispikkaw. Jesprimi kemm hu kburi bil- kontestanti kollha, li tant jibqgħu jissieltu biex jaslu fażi wara oħra.

“Huma kollha differenti minn xulxin, jappellaw għal udjenzi u gosti differenti. Jien tassew grat li għandi familja daqshekk estiża fil-mużika wara li ħdimt ma’ tant artisti u kollegi. Ħafna mħabba.”

Lesti għat-tliet serati li jonqos?!







Ritratti:

Facebook/ Howard Keith Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI